Żewġ Persuni Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Birkirkara
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-1pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida, Birkirkara.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn Ford Ka, misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara, u Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara.
Fil-karozza flimkien mas-sewwieq ta’ 58 sena kien hemm passiġġiera mara ta’ 56 sena residenti San Ġiljan.
Ir-raġel ta’ 58 sena u l-mara ta’ 56 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huma kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.