Żewġt Irġiel Arrestati B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Ħanut F’Ħal Qormi
Raġel ta’ 48 sena u Taljan 43 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, ġew arrestati b’rabta ma’ ħruq ta’ ħanut. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal xi l-10:30am, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak.
Il-każ seħħ nhar id-29 t’Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-11pm, meta l-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu fi Triq Ħammieri, Ħal Qormi, għax ħanut kien ħa nar. L-uffiċjali marru fuq il-post, ikkontrollaw in-nirien u ġiet infurmata bil-każ il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli li ħatret inkjesta.
Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u analiżi ta’ filmati tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegati nies li taw in-nar u ġew arrestati.