10 Snin Mill-Qtil Ta’ Muammar Gaddafi – Ħafna Libjani Jgħidu Li Taħtu Kienu Aħjar

“Konna aħjar, kellna sigurtà. Issa ma baqa’ xejn ħlief nies jippużaw. Qas il-bandiera l-ġdida mhi popolari. Għadek tara ħafna l-bandiera l-ħadra.”
Hekk qal il-Libjan Mohamed Dairi lil ġurnalist Ahmed Abouhriba ta’ France24 waqt li żar il-Libja biex jagħmel rapportaġġ dwar il-pajjiż, 10 snin wara l-mewt tal-mexxej li kellhom.
Gadaffi kien inqatel fl-20 t’Ottubru tal-2011 fil-Belt ta’ Sirte fejn kien instab mistoħbi ġo katusa.
Il-Libja qed tipprova tagħmel sforzi kbar biex timxi ‘l quddiem. Hux jirnexxielha dejjem jew le, jibqa’ suġġett dibatibbli ħafna.