78 Sena Ilu Twaqqfet Il-General Workers Union

Kien bħal-lum 78 sena ilu fis-sena 1943 li twaqqfet il-General Workers Union fost tgergir kbir mill-ħaddiema, l-aktar dawk li kienu jaħdmu fit-tarzna tal-Ammiraljat.
It-twaqqif tal-GWU kien sar waqt meeting famuż fil-pjazza tal-Imsida. Il-pjazza ssemmiet ‘Pjazza 5 t’Ottubru.’
Għal dan il-meeting kienu attendew eluf ta’ ħaddiema minkejja xi biża’ li setgħu jitilfu xogħolhom.
Sal-lum, il-GWU hija waħda mill-aktar Unions b’saħħithom.
Ritratt: General Workers Union Malta