8 Persuni Mejta Wara Li Ajruplan Privat Iġġarraf F’Milan

 8 Persuni Mejta Wara Li Ajruplan Privat Iġġarraf F’Milan

Tmien persuni tilfu ħajjithom wara li l-ajruplan żgħir b’magna waħda iġġarraf f’binja vojta f’Milan.

L-aċċident seħħ ilbieraħ hekk kif ajruplan kien għadu kif telaq mill-ajruport ta’ Linate f’Milan u kien sejjer lejn il-gżira ta’ Sardinja, huwa ġġarraf ftit wara t-tluq tiegħu.

Xhieda li kienu viċin semgħu ħoss kbir, meta f’daqqa waħda raw l-ajruplan dieħel f’binja ta’ uffiċini ta’ żewġ sulari qabel ma sploda u sar fjamma.

Għadu mhux konfermat min kien fuq l-ajruplan privat però xi rapporti qed jgħidu li kien hemm tliet persuni mir-Rumanija, żewġ persuni Franċiżi, wieħed mill-Kanada u żewġ persuni Taljani. Il-Pulizija s’issa għada ma’ ikkonfermatx l-identità tagħhom. Għalkemm il-midja Taljana qed tgħid li l-ajruplan kien ta’ biljunarju mir-Rumanija.

Numru ta’ karozzi ipparkjati fil-parkeġġ li hemm ħdejn l-istazzjon tal-metro ta’ San Donato Milanese nqerdu bin-nirien kawża tal-isplużjoni tal-ajruplan mal-impatt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com