ABBA – Irreġistrat Bħala Partit Politiku Ġdid

Il-Kummissjoni Elettorali aċċettat li tirreġistra ABBA bħala partit politiku ġdid Kristjan. Dan wara li l-kummissjoni kienet akkużata b’diskriminazzjoni talli rrifjutat milli tagħmel dan.
Ivan Grech Mintoff, eks mexxjer tal-Alleanza Bidla, ipproċeda bil-protest ġudizzjarju kontra l-Kummissarju Elettorali Jospeh Camilleri fejn wiegħed li jaħdem favur il-valuri Kristjani.
Grech Mintoff qal li din l-attitudni turi li f’Malta hawn bżonn tat-tielet partit u li l-istituzzjonijiet tal-Gvern jabbużaw milli jħallu partit ġdid biex ikollu kandidati ġodda fl-elezzjoni li jmiss. Semma li din hija forma ta’ korruzzjoni u ksur tad-dritt bażiku uman.