Aġġornat: Instab Il-Vittma B’Rabta Mal-Każ Tal-Isparatura Tal-Bieraħ Fl-Imsida

Illum waranofsinhar, minn iżjed tfittxijiet u investigazzjonijiet, il-Pulizija sabet lill-allegat vittma f’Birkirkara, bi ġrieħi ta’ natura ħafifa f’rasu.
Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermat li l-vittma ġie identifikat bħala Libjan ta’ 31 sena.
Il-persuna li ġiet arrestata aktar kmieni llum huwa raġel ta’ 39 sena mill-Kuba.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qegħdin jitmexxew mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett tal-Imsida.