Aġġornat: Xufier Sospiż Wara Li Allegatament Nesa Tifla Fil-Vann Tal-Iskola

 Aġġornat: Xufier Sospiż Wara Li Allegatament Nesa Tifla Fil-Vann Tal-Iskola

Ix-xufier li allegatament nesa tifla fil-vann tal-iskola ġie sospiż u twaqqaf b’mod immedjat milli jopera.

Dan ġie konfermat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana hekk kif qalet li huwa kien jopera bħala xufier fuq l-iskema tat-trasport b’xejn li joffri l-Gvern.

Wara li ġie rapportat il-każ ta’ tifla ta’ 3 snin li ma niżlitx minn fuq it-trasport allokat għas-servizz ta’ Klabb 3-16 offrut mill-FES wara l-ħin tal-iskola, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fi stqarrija qalet li tat struzzjonijiet lill-management tal-ministeru biex dan il-każ ikun investigat b’reqqa u biex tittieħed kull azzjoni li hi meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.

Il-bord ta’ investigazzjoni huwa magħmul mill-eks Imħallef Philip Sciberras, mis-Sur Josie Brincat, eks Assistent Kummissarju u mis-Sa Salvina Muscat, edukatriċi rtirata u eks assistent direttur fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com