“Aħna Se Nkunu L-Gvern Ta’ Għada U L-Oppożizzjoni Tal-Bieraħ” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

 “Aħna Se Nkunu L-Gvern Ta’ Għada U L-Oppożizzjoni Tal-Bieraħ” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

F’attività politika oħra mill-Partit Nazzjonalista, din id-darba fin-Naxxar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li din il-ġimgħa rajna surveys xejn sbieħ għal Malta.

Huwa rrefera għas-surveys tal-EY fejn urew li għal bosta investituri barranin mhux jaraw lil Malta attraenti biex jinvestu fiha. Semma ukoll dwar l-istħarriġ fost iż-żgħażagħ fejn qal li hija inkwetanti li naraw perċentaġġ qawwi ta’ żgħażagħ li iridu jitilqu minn Malta.

“Din hija t-traġedja ta’ żmienna,” Bernard Grech qal li t-tħassib ta’ diversi żgħażagħ huwa li n-nies qed jaslu għax jafu lin-nies u mhux għax vera qed jaħdmu u jistinkaw, filwaqt li ħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu parti mill-bidla għax pajjiżna għandu bżonnhom.

“Intkom tridu tkun il-bidla għax intom tafu x’mhux jaħdem f’dan il pajjiż. Intom tridu tbiddlu dak li mhux qiegħed jaħdem,” saħaq Grech.

Il-Kap tal-PN kompla jgħid li waqt id-diskors tal-PM Robert Abela għamel satejn jitkellem fuq il-passat. “Illum in-nies iridu jħarsu biss ‘l quddiem…iridu lil xi ħadd li jistgħu jafdawk u mhux jidħak bihom.”

Bernard Grech qal li waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament nhar it-Tnejn, il-PL kiteb post fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn qal “Oppożizzjoni tal-Bieraħ.” Grech qal li għandu raġun jgħid hekk il-PL għax “Aħna se nkunu l-Gvern ta’ Għada u l-Oppożizzjoni tal-bieraħ.”

Il-Kap tal-PN saqsa lin-nies isemmu settur wieħed nadif li ħoloq il-PL, Grech qal li ma hemm ebda settur ħlief il-bejgħ tal-passaporti, “bejgħ li qed isir bil-qerq u bi ksur tal-prinċipji Ewropej.”

Ritratt: NET News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com