Akkużat Li Rrenda Ruħu Kompliċi Fir-Reat Ta’ Ħruq Volontarju
Ilbieraħ, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech, raġel ta’ 42 sena residenti x-Xagħra, Għawdex.
Hu ġie akkużat li fl-1 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar rrenda ruħu kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura u ħsarat fuq propjeta, fi Triq ir-Rabat, ix-Xewkija, Għawdex. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi mill-Qorti.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien millarrest taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.