Alison Valletta Tħallina Illum F’Għeluq Snina…
“Illum Alison Valletta għandek il-Birthday, imma il-pjan li tiċċelebra il-birthday kien mod ieħor. Illum kmieni filgħodu mort żgur tiċċelebra l-birthday fil-ġenna.”
Hekk kiteb Ivan Gaffiero fuq il-mezzi soċjali tiegħu, hekk kif dalgħodu qomna b’aħbar li ħasditna.
Propju ġimgħa ilu Ivan Gaffiero kien tkellem dwar Alison f’wieħed mill-filmati li għamel, illum “il-Mulej ridek ħdejh ħa tgawdi il-ferħ hemm fuq,” tenna jgħid Ivan.
“Alison kienet tfajla ferrieħa, tfajla li taf tħobb u qalb ta deheb.”
Gaffiero temm b’messaġġ lill-familja ta’ Alison sabiex jagħmlu kuraġġ, b’mod speċjali lil għażiża Omm Alison li tant għamlet kollox għaliha sal-aħħar minuta.
Strieħ fis-sliem Alison.
Ara aktar: