Ammont Kbir Ta’ Plastik Jitla’ Mal-Mewġ Fuq Ix-Xtut Tagħna – Ejjew Nibżgħu Għall-Ambjent!
Wara l-maltemp li kellna fil-jiem li għaddew ammont kbir ta’ ħmieġ u biċċiet tal-plastik tkaxkru mal-mewġ fuq ix-xatt tal-bajjiet, fosthom il-bajja tal-Imġiebaħ f’Selmun.
Grupp żgħir ta’ nies iltaqgħu biex flimkien jinżlu f’din il-bajja biex inaddfu dan l-ammont kbir ta’ skart li tela’ mal-baħar. Ġest verament tajjeb u ta’ minn ifaħħar.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali bir-ritratti ta’ dak li sabu wieħed jista’ jara ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħafna ħsara lil ambjent tagħna.
L-appell tagħna huwa sabiex meta nużaw prodotti tal-plastik niddisponu minnu kif suppost għaliex jekk jintrema fl-art dan ħa jispiċċa fl-ibħra tagħna b’konsegwenza li jdum mijiet ta’ snin biex jinqered b’detriment għall-ambjent.
Prosit tal-inizjattiva ferm tajba!