Anzjan Ta’ 85 Sena U Raġel Ta’ 47 Sena Sofrew Ġrieħi Waqt Argument Bejn Erbat Irġiel

Żewġt irġiel sofrew ġrieħi waqt argument li qam bejn erbat irġiel ta’ 68, 47, 85 u 42 sena, u li waqt il-ġlieda allegatament intuża oġġett tal-ħadid.
Il-każ seħħ ilbieraħ, filgħaxija għal xi t-8pm, fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.
Żewġt irġiel marru fl-eqreb ċentru tas-saħħa fejn dak ta’ 47 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt dak ta’ 85 sena sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.