Anzjana Ta’ 86 Sena Tindarab F’Inċident Tat-Traffiku

 Anzjana Ta’ 86 Sena Tindarab F’Inċident Tat-Traffiku

Anzjana ta’ 86 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xis-7:20pm, fi Triq San Publju, il-Furjana.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li mara ta’ 86 sena residenti n-Naxxar, weġġgħet wara li ntlaqtet minn vettura BMW 116I, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Imtarfa.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com