Ara: Il-Ħerba Fix-Xlendi Wara Maltempata Matul Il-Lejl

Bħal ma jiġri wara kull maltempata, ix-Xlendi jispiċċa jlaqqatha sew minħabba l-ammont kbir ta’ ilma li jinżel mill-wied għal ġol-baħar.
Is-saħħa tal-ilma tkun waħda kbira ħafna li jispiċċa jkaxkar dak kollu li jsib quddiemu.
Dan il-lejl ma kienx b’inqas hekk kif tal-anqas tliet karozzi spiċċaw fil-baħar, dan apparti l-ħsarat kbar li ġarrbu r-ristoranti u bosta vetturi li kien hemm ipparkjati.
Hu kkalkulat li f’Għawdex niżel ‘l fuq minn 60mm ta’ xita bejn it-3.15am u l-3.45am.
Ritratti: Facebook / Manuel Tabone