Ara: Wied Il-Għasel Mimli Bl-Ilma…
Hekk kif dawn l-aħħar jiem ix-xita niżlet kuljum u spiss il-proġett ġdid f’Wied il-Għasel wara r-riabilitazzjoni li saret beda jaħdem u jinsab mimli bl-ilma tax-xita.
“Grazzi għall-proġett għall-konservazzjoni tal-ilma li qiegħed isir f’Wied il-Għasel, eluf ta’ litri ta’ ilma tax-xita qegħdin jiġu konservati,” qalu Parks Malta f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom.
Huma qalu li b’dan il-proġett l-ilma se jkun utilizzat għar-riġenerazzjoni tal-ilma tal-pjan.
Ix-xogħol li sar f’dan il-wied huwa wieħed tajjeb ħafna u ninkoraġġixxi biex wieħed iżur dawn il-postijiet sbieħ mal-familja u l-ħbieb tiegħu speċjalment fiż-żmien li ġej, meta post bħal Wied il-Għasel ikun fl-aqwa tiegħu passiġġata sabiħa.
Ritratt: Facebook / Kevin John