Attent Jekk Bi Ħsiebek Tgħaddi Minn Triq Il-Parroċċa Fin-Naxxar

Mil-lejla parti minn Triq il-Parroċċa, fin-Naxxar ħa tkun magħluqa biex isir xogħol ta’ asfalt.
Infrastructure Malta avżat li x-xogħlijiet ħa jkunu qed isiru billejl mill-lum il-Ħamis, il-Ġimgħa u t-Tnejn li ġejjien (14, 15 u 18 t’Ottubru 2021).
Dawn ix-xogħolijiet ħa jkunu qed isiru mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 tal-għada filgħodu, f’parti minn Triq il-Parroċċa, fin-Naxxar, minn kantuniera ma’ Triq San Pawl sa kantuniera ma’ Triq in-Nutar Debono.