Bil-Filmat: 47 Persuna Maqtula F’Attakk Suwiċida Ġewwa Moskea Fl-Afganistan

 Bil-Filmat: 47 Persuna Maqtula F’Attakk Suwiċida Ġewwa Moskea Fl-Afganistan

47 persuna maqtula f’attakk suwiċida permezz ta’ bomba.

L-Istat Islamiku ħa r-responsabiltà ta’ dan l-attakk li seħħ ilbieraħ f’Moskea fin-naħa ta’ isfel tal-Afganistan.

Dan l-attakk seħħ ilbieraħ waqt it-talb tal-Ġimgħa fir-reġjun ta’ Kandahar. Huwa stmat li madwar 70 persuna ndarbu f’dan l-attakk.

Persuna li salvat l-attakk qalet li rat żewġ persuni bil-bombi magħhom. Wieħed sploda lilu nnifsu barra u l-ieħor sploda lilu nnifsu fil-Moskea qalb in-nies.

Din kienet it-tieni bomba li ġiet sploduta f’moskea fi żmien ġimgħa. Bħal-lum ġimgħa attakk-suwiċida fil-belt ta’ Kunduz qatel mal-50 persuna.

Ara l-filmat:

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com