Bil-Filmat: Fadal L-Aħħar Ftit Ġranet Biex Tuża L-Vawċers Tal-Gvern…Int Użajthom?
Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem ix-xahar ta’ Ottubru, jifdal biss ġimgħatejn ċans sabiex isarraf il-vawċers tal-Gvern jekk għadek ma’ għamiltx dan.
Matul il-jiem li għaddew ħriġna nsaqsu ftit lin-nies fit-toroq biex naraw jekk użawx il-vawċers u kif użawhom.
Jidher li minn dawk in-nies li staqsejna l-maġġoranza kbira tagħhom użawhom kollha u b’modi differenti, fosthom f’restoranti, weekend breaks f’lukandi, ħwejjeġ u kien hemm min qalilna li qassamhom rigali lit-tfal u neputijiet ukoll.
Meta staqsejna x’jaħsbu minn din l-inizjattiva bla dubju kellna risposti pożittivi, b’min qalilna li kienu ta’ għajnuna f’dawk iż-żminijiet iktar diffiċli, kif ukoll li taw spinta lill-ekonomija, kien hemm min b’ċajta qalilna meta ħa jerġgħu joħorġu…
Ara kif użawhom dawn in-nies f’dan il-filmat: