Bil-Filmat: Ġieli Smajtu Bl-Għar Tas-Slaleb F’Ħal Qormi?
L-esploratur Pierre Farrugia din il-ġimgħa ħadna fl-Għar tas-Salib li jinsab fil-wied ta’ Ħal Qormi. Dan l-għar magħruf ukoll bħala Għar Ħanżir.
Pierre qal li ma kienx faċli li jsib dan l-għar għax l-entratura hija moħbija b’qasab twil.
Pierre qalilna li kif tidħol timmeravilja ruħek bis-sbuħija ta’ dan l-għar, fil ġnub tiegħu wieħed jista’ jara qisu xi ħadd ħaffer kolonni fil blat. Hawn min jgħid li dan l-għar kien jintuża bħala Knisja Medjevali mill-antenati tagħna.
F’dan il post wieħed jista’ jara diversi simboli mnaqqxin fil-blat, fosthom slaleb, stilla u forom oħrajn.
“Ħaġa oħra li laqtitni kienu marki fil blat, qishom grif tas-swaba,” qal Pierre Farrugia.
“Dan l-għar fih 3 kmamar. L-ewwel waħda veru kbira, imbad it-tnejn l-oħra veru żgħar u wieħed irid jitkaxkar biex jidħol,” kompla jispjega Pierre.
“Din il-kamra fiha madwar żewġ metri b’żewġ metri u għolja xi metru u nofs. Hawn sibt biċċa fuħħar li probabbilment kienet tintuża minn nies ta’ dak iż-żmien. Minn hawn issib bokka veru dejqa li tieħdok fil-kamra li jmiss,” spjega Pierre.
Ara l-filmat: