Bil-Filmat: “Il-Biljunarji Għandhom Jinvestu Aktar Ħin U Flus Biex Isalvaw Id-Dinja” – Il-Prinċep William

Il-Prinċep William ikkritika biljunarji li huma ffukati fuq it-turiżmu spazjali, u qal li minflok għandhom jinvestu aktar ħin u flus biex isalvaw id-Dinja.
F’intervista fuq il-BBC ilbieraħ Id-Duka ta’ Cambridge tkellem dwar din l-għaġġla attwali għall-ivvjaġġar fl-ispazju.
Huwa qal li “Għandna bżonn uħud mill-aqwa mħuħ tad-dinja iffukati biss biex jippruvaw isalvaw din il-pjaneta, u mhux jippruvaw isibu l-post li jmiss biex imorru jgħixu fih.”
X’taħseb dwar dan li qal Il-Prinċep William?
Ara l-filmat:
Ritratti: CNN