Bil-Filmat: Il-Canvasser Ta’ Adrian Delia Jgħid Li Dan Kien Budget Tajjeb Ħafna
Vincent Borg magħruf bħala Ċensu l-Iswed meta mistoqsi mill-ġurnalista tal-midja tal-Partit Laburista dwar il-Budget huwa rrisponda li kien baġit “tajjeb ħafna.”
Meta kien mistoqsi fil-Belt Valletta dwar x’jaħseb mill-miżuri tal-Budget fosthom tat-trasport b’xejn u tal-mediċini huwa rrisponda li “dejjem aħjar minn erba’ bozoz,” filwaqt li kompla jgħid li ma tistax tgħid li dawn kienu miżuri ħżiena. Ċensu l-Iswed qal li dawn il-miżuri lilu ħa jolqtuh b’mod pożittiv.
Fl-aħħar net huwa kien mistoqsi biex jikklassifika l-Budget minn wieħed sa għaxra, huwa kien pront u rrisponda “ten.”
Din l-intervista dehret fuq il-programm pjazza preżentat minn Karl Stagno Navarra fuq One Tv.
Ara l-filmat kollu:
@lovinmaltaofficial Do you agree? 🧐 #fyp #fypmalta #malta #lovinmalta #pn #pl #labour #government #budget #2022 #adriandelia