Bil-Filmat: Il-Proposti Li Qed Jipproponu L-PN Fir-Rigward Ta’ Aktar Bilanċ Bejn Il-Ħajja U X-Xogħol

 Bil-Filmat: Il-Proposti Li Qed Jipproponu L-PN Fir-Rigward Ta’ Aktar Bilanċ Bejn Il-Ħajja U X-Xogħol

Permezz ta’ filmat fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius spjega aktar fid-dettal b’mod sempliċi l-proposti li l-PN fil-qasam tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.

Il-proposti li qed jipproponu l-PN f’dan ir-rigward iżidu l-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel kif ukoll jżidu l-parteċipazzjoni tar-raġel fit-trobbija tal-ulied.

Peter Agius kompla jispjega li huwa wkoll għadda minn din l-esperjenza hekk kif “normalment ir-raġel ma jkunx jaf x’laqtu…il-mara tkun ilha 9 xhur iġorru l-wild…kemm hi ħaġa sabiħa li r-raġel jkollu l-possibbiltà li jagħmel 15-il ġurnata d-dar biex ikun jista’ huwa wkoll jinvolvi ruħu.” Agius ikompli jgħid li dan huwa ta’ vantaġġ għaliex b’hekk ikun hemm iktar involviment fix-xogħol tad-dar u fit-trobbija tal-ulied.

Il-PN hawnhekk qed jipproponi li jagħti 15-il ġurnata leave mħallas lill-missier. Peter Agius fil-filmat jsostni li waħda mid-diffikultajiet li ssib mara biex tkompli tavvanza fil-post tax-xogħol tagħha hija propju r-raġuni li trid tagħmel numru ta’ ġimgħat ma taħdimx jekk kemm il-darba jkollha wild. “B’din il-proposta qed nkomplu nnaqqsu l-gender pay gap li teżisti minħabba din is-sitwazzjoni,” tenna Agius.

Propost oħra li qed jipproponi l-PN hija li jagħti 8 ġimghat parental leave biex il-mara u r-raġel jieħdu waqfa u nifs mix-xogħol u l-karriera tagħhom bi ftehim mal-imgħallem tagħhom sabiex jippjanaw flimkien kif l-aħjar li jużahom sabiex jkollhom aktar ħin ta’kwalità għal familja flimkien mat-tfal tagħhom.

Peter Agius tenna li “għas-self-employed l-PN qed jipproponi li jkun hemm mekkaniżmu li jippermetti li dan isir ukoll b’fond apposta li jkun simili tal-fond li ġie mwaqqaf wara tant snin tal-maternity leave, fejn jkun jista’ jitħallas minn dan il-fond.”

Proposta oħra li qed jipproponu l-PN hija li l-ġenituri jkollhom għajnuna ta’ 50% tal-ispiża biex jkunu jistgħu jimpjegaw nanny jekk jkun hemm il-bżonn.

Finalment Peter Agius tkellem ukoll fuq proposta oħra fejn il-PN jkun qed jagħti “10 t’ijiem ta’ bereavement leave f’każ ta’ telf ta’ wild jew xi ħadd mill-familja sabiex ikun hemm aktar żmien sabiex il-persuna tkun tista’ tieqaf tirrifletti ftit u tipprepara ruħha sabiex tkompli taffronta l-ħajja.”

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com