Bil-Filmat: Isalvaw Ħamiema Maqbuda Mal-Wires Permezz Ta’ Drone

F’Filmat li ttella’ fuq il-paġna Heart – Beat juri pulizija Messikana jsalvaw ħamiema li nqabdet minn saqajha f’ħabel mal-wires tad-dawl.
Huma użaw drone biex jaqtgħu l-ħabel u hekk kif inqata’, niżlet dritt peress li kellu ċ-ċomb miegħu. Il-ħammiema ttieħdet għand il-veterinarju għall-kura.
Nixxerjaw dawn il-mumenti magħkom biex nuru wkoll, li l-umanità għandha l-aspett sabiħ tagħha wkoll. Hawn ħafna għarfien favur l-imħabba lejn l-annimali, u dan nieħdu gost naqsmuh magħkom il-pubbliku.