Bil-Filmat: “It-Turiżmu Qiegħed Jirkupra Kif Verament Jixraqlu” – Il-Ministru Clayton Bartolo

 Bil-Filmat: “It-Turiżmu Qiegħed Jirkupra Kif Verament Jixraqlu” – Il-Ministru Clayton Bartolo

“It-turiżmu qiegħed jirkupra kif verament jixraqlu,” dan kien il-messaġġ li ħareġ minn filmat li tnieda mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fejn spjega kif is-settur turistiku qed jirkupra hekk kif il-pajjiż ħiereġ mill-pandemija.

Il-Ministru Bartolo qal kif il-Ministeru investa madwar €12-il miljun f’infrastruttura madwar il-pajjiż, skemi sabiex kompli tittejjeb il-konnettività minn u lejn Malta, inċentivi biex jiġu mgħejuna lukandi, restoranti, bars u każini. “Fuq kollox ħadna deċiżjonijiet kuraġġużi li sarrfu biex pajjiżna fetaħ għat-turiżmu u baqa’ għaddej” sostna l-Ministru Clayton Bartolo.

“B’kuraġġ u b’enerġija sħiħa se nkomplu naħdmu biex nieħdu d-deċiżjonijiet li għadna nieħdu sabiex naraw li pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem għaliex wara kollox il-poplu Malti hekk jixraqlu…Din hija l-istorja ta’ suċċess li qegħdin nibnu lkoll kemm aħna flimkien, storja li għanda għan wieħed dik li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza turistika għal lum u għal ġenerazzjonijiet li ġejjien,” hekk temm jgħid Clayton Bartolo fil-messaġġ tiegħu permezz ta’ dan il-filmat fuq il-mezzi soċjali.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com