Bil-Filmat: L-Aħħar Jiem Sabiex Issarraf Il-Vawċers Tal-Gvern
Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem ix-xahar ta’ Ottubru, jifdal biss l-aħħar ġimgħa ċans sabiex isarraf il-vawċers tal-Gvern jekk għadek ma’ għamiltx dan.
Matul il-jiem li għaddew ħriġna nitkellmu ftit ma’ uħud mas-sidien u l-ħaddiema tal-ħwienet fejn staqsejna kif mar in-negozju tagħhom bl-iskema tal-vawċers tal-Gvern kif ukoll diversi mistoqsijiet oħra.
Sal-bidu ta’ Settembru 74% tal-vawċers imqassma mill-Gvern ġew imsarrfa. F’konferenza tal-aħbarijiet lura għall-bidu ta’ Settembru l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Hon. Silvio Schembri kien ħabba li aktar minn €12 Miljun Ewro f’vawċer kien għad irridu jissarfu u għaldaqstant ingħatat estenzjoni sabiex dawn jissarfu sal-aħħar ta’ Ottubru.
Hu mifhum li kull €10 miljun f’vawċer ġabu magħhom madwar €30 miljun f’infieq.
L-impatt ekonomiku pożittiv tal-iskema tal-vawċers huwa kkalkulat li ħoloq impjiegi għal madwar 1,900 persuna. Minn dawn, kważi 1,000 kienu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni u ristoranti u 500 fl-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut.
Mill-intervisti li għamilna fit-toroq man-nies kif ukoll din id-darba mal-ħwienet jidher b’mod ċar li dawn il-vawċers kienu ta’ għajnuna kbira għall-ekonomija Maltija, dan jidher ukoll fit-tweġibiet fejn b’mod unanimu ntqal li din id-darba kien hemm aktar respons pożittiv mill-pubbliku biex jonfoq dawn il-vawċers fil-ħwienet.
Ara tal-ħwienet x’qalulna f’dan il-filmat: