Bil-Filmat: L-Aktar Bniedem Popolari Fuq TikTok Mingħajr Ma Jgħid Kelma

Lura meta l-Italja daħlet għall-ewwel darba f’lockdown minħabba l-pandemija s-sena l-oħra, Khabane Lame kien għadu kemm tilef ix-xogħol tiegħu ġo fabbrika qrib il-belt ta’ Turin.
Huwa spiċċa jqatta’ il-ġranet tiegħu d-dar tal-ġenituri tiegħu f’Chivasso fejn kien jgħix magħhom u mat-tliet aħwa tiegħu li kollha kienu qed ifittex xogħol ieħor.
Darba waħda, huwa niżżel l-app TikTok fejn beda jesperimenta u jtella’ filmati tiegħu nnifsu mill-kamra tas-sodda tiegħu, taħt l-isem Khaby Lame. Minn dan il-mument bil-mod il-mod, twieldet karriera sorprendenti.
Bil-filmati popolari tiegħu fil-preżent Lame ta’ 21 sena huwa l-aktar bniedem popolari fuq TikTok, b’114-il miljun segwaċi.
Khabane Lame rnexxielu jagħmel dan is-suċċess fuq TikTok mingħajr ma jgħid kelma waħda.