Bil-Filmat: Storja Ta’ Suċċess F’Negozju Tal-Familja
“L-istorja tal-familja Galea tispira biex int ma taqtax qalbek tiżviluppa idea f’negozju!” dan qalu il-Ministru Silvio Schembri waqt żjara li għamel f’għeluq l-10 snin mit-twaqqif ta’ Mġarr Farms.
Il-Ministru Schembri qali li l-ġenituri u t-tliet ulied ittrasformaw it-tkabbir tal-frott u l-ħaxix fl-għelieqi, għal impjant fil-Mosta biex ilaħħaq maż-żieda fid-domanda.
Il-Ministru Silvio Schembri qal li Mġarr Farms tul dawn l-10 snin investew fit-teknoloġija u minn 25 ordni kuljum waqt il-pandemija tellawhom għal-500 xirja online kuljum.
Mġarr Farms fil-preżent ta’ kuljum jesegwixxu mal-200 delivery b’xiri online.
“Le tħallu lil ħadd jaqtalkom qalbkom. Int kapaċi tirnexxi wkoll. Dan huwa pajjiż li jtik l-opportunita’ li tirnexxi,” temm jgħid Schembri.
Ara l-filmat: