Bil-Filmat: Wara X-Xita Tal-Bieraħ Il-Qanfud Joħroġ Ifittex L-ikel

 Bil-Filmat: Wara X-Xita Tal-Bieraħ Il-Qanfud Joħroġ Ifittex L-ikel

Filmat ħelu li rċivejna mingħand wieħed mill-qarrejja tagħna juri qanfud joħroġ ifittex l-ikel wara x-xita li għamlet ilbieraħ fil-limiti tas-Siġġiewi.

Il-qanfud ma tantx deher li beda jibża’ wisq għaliex ħareġ fid-dawl tal-ġurnata u jidher li ma tantx beża’ mill-persuna li bdiet tieħu l-filmat.

Kif jidher fuq il-filmat huwa beda jipprova jaqbad nemel bil-ġwienaħ li jiġu wara li tkun għamlet ix-xita. “Għaldaqstant ix-xita tipprovdi l-ikel għall-qniefed ukoll,” qalilna il-qarrej.

Huwa fakkarna wkoll li f’Malta, dan it-tip ta’ annimal huwa protett bil-liġi, u meta nkunu qed insuqu qalb il-kampanja dejjem għadna noqgħodu attenti.

Filmat: Christian Zammit

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com