Bil-Filmati: Repubblika Jikkampjaw Quddiem Id-Depot Tal-Pulizija Bi Protesta Sa Nhar Il-Ġimgħa

 Bil-Filmati: Repubblika Jikkampjaw Quddiem Id-Depot Tal-Pulizija Bi Protesta Sa Nhar Il-Ġimgħa

L-għaqda Repubblika lbieraħ filgħaxija bdiet protesta ta’ sit-in quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Din l-azzjoni ta’ sit-in bdiet b’konferenza tal-aħbarijiet fejn il-President Robert Aquilina qal li hu flimkien ma’ persuni oħra mill-għaqda Repubblika ħa jkun qed jagħmlu 72 siegħa quddiem id-Depot bi protesta kontra n-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront tad-Deputat Konrad Mizzi.

Robert Aquilina akkuża lill-Prim Ministru Abela li anke hu qed jipproteġi lil Mizzi għax irid jipproteġi l-passat riċenti tal-Gvern Laburista u lill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat. Huwa tenna li l-Prim Ministru ma jistax jikkundanna lil Mizzi “għax miegħu ikollu jarmi lil Muscat u l-istorja reċenti tal-Partit Laburista”.

Aquilina saħaq li Angelo Gafà mhux jagħmel dak li hu mistħoqq biex iressaq fil-Qorti lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri fuq il-Panama Papers filwaqt li żied jgħid li l-paċenzja tagħhom għandha limitu u li issa nqabeż bil-kbir.

Huwa temm jgħid li jekk ma titteħidx azzjoni wara dawn it-72 siegħa, se jkunu qed jsejħu protesta nazzjonali quddiem Kastilja.

L-għaqda Repubblika qalu lill-kummissarju li ż-żmien li jgħaddihom biż-żmien spiċċa u se jkollu jisma’ bil-protesti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com