Bil-Filmati: Sqallija F’Maltemp Qawwi B’Għargħar Ikaxkar Kull Ma’ Jsib

Matul dawn l-aħħar jiem maltemp qawwi qed jolqot il-gżira ta’ Sqallija fejn diversi toroq u binjiet spiċċaw mgħarrqin minħabba għargħar.
L-awtoritajiet Sqallin qed iwissu li din hija maltempata perikoluża ħafna u appellaw lill-pubbliku sabiex jibqgħu ġewwa f’postijiet siguri.
Fuq l-aħbarijiet Taljani wieħed jista’ jara diversi filmati ta’ diżastri fit-toroq fosthom anke tal-Università ta’ Catania timbela mill-ilmijiet.
Ara l-filmati: