Bojan Cmelik Ħati Li Qatel Lil Hugo Chetcuti
Wara sitt sigħat ta’ deliberazzjoni l-ġurati sabu lil Bojan Cmelik ħati li qatel lil Hugo Chetcuti fl-2018.
Chetcuti, li kellu 52 sena kien miet sitt ijiem wara li kien qala tliet daqqiet ta’ sikkina fit-taraġ ta’ Santa Rita, Paceville quddiem wieħed mill-ħwienet tiegħu nhar is-6 ta’ Lulju 2018.
Bojan Cmelik instab ħati bi tmien ġurati favur u wieħed kontra.
Il-Ġuri nstema quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Kevin Valletta u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali.
L-avukat Simon Micallef Stafrace kien qed jiddefendi lil Bojan Cmelik filwaqt li għall-familja Chetcuti dehru l-avukat Joe Giglio u Mario Spiter.