Cabin Cruiser Jieħu N-Nar Fil-Marina F’Tal-Pietà

Tard il-lejla għall-ħabta tad-9:30pm cabin cruiser fil-marina f’Tal-Pieta żviluppa nirien kbar fuqu fejn ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili wettqu operazzjoni delikata biex irnexxilhom jitfu n-nar fil-ħin.
Fil-mument tal-ħruq fuq id-dgħajsa ma’ kien hemm ħadd u ma kien hemm ebda persuni li weġġgħu.
Jidher li n-nar żviluppa kawża ta’ short circuit għalkemm il-Pulizija mill-Għassa tal-Imsida nvestigaw dan il-każ u ħejjew rapport.
Ritratti: Facebook