Ċiklist Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku
Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sagħtejn u għoxrin ta’ waranofsinhar, ilPulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm Brażiljan ta’ 23 sena, u vettura Isuzu TFR, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imġarr.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.