“Dan Il-Pajjiż Jixraqlu Li Jkollu L-Verità U Li Jara Li Ssir Ġustizzja” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

 “Dan Il-Pajjiż Jixraqlu Li Jkollu L-Verità U Li Jara Li Ssir Ġustizzja” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

Ftit tal-ħin ilu l-Kap tal-PN Bernard Grech flimkien maż-żewġ Viċi Kapijiet u s-Segretarju Ġenerali żaru lil membri tal-għaqda Repubblika waqt il-protesta li qed jagħmlu quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana.

F’diskors qasir li għamel Bernard Grech qal li f’pajjiżna qed naraw kif kontinwament il-libertà tal-espressjoni qed tkun mhedda. Huwa qal li PN fil-Gvern se jkun qed jagħmel minn kollox biex l-istituzzjonijiet ikollhom il-poteri, u ma jkunux miżmuma milli jaqdu dmirhom fil-konfront ta’ dawk li jwettqu xi forma ta’ inġustizzja kontra l-poplu Malti u Għawdxi.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech saħaq li l-attakki fuq il-ġurnalisti għandhom jieqfu. Huwa semma kif ilbieraħ il-preżentatur tal-midja Laburista Karl Stagno Navarra attakka lill-midja indipendenti.

Bernard Grech tenna li “żmien l-impunità għandu jispiċċa”, filwaqt li irringrazzja lis-soċjetajiet ċivili li b’xi mod qed jaħdmu biex iwasslu l-vuċi biex l-impunità f’pajjiżna tieqaf darba għal dejjem u tenna l-appell tiegħu biex il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà minnufih jinvestiga lil Konrad Mizzi.

Il-Kap tal-PN temm jgħid li dan il-pajjiż jixraqlu li jkollu l-verità u li jara li ssir ġustizzja, għax fuq kollox il-poplu Malti, speċjalment iż-żgħażagħ jridu li Malta tkun nazzjon ġust.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com