Draw Drammatiku Għat-Tim Nazzjonali Malti

 Draw Drammatiku Għat-Tim Nazzjonali Malti

It-tim nazzjonali Malti kiseb draw importanti f’Larnaca meta kontra Ċipru, Malta ilbieraħ irnexxila tieħu punt fid-draw ta’ 2 – 2 f’logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni tat-tazza tad-dinja.

Kienu ċ-Ciprijoti li marru fil-vantaġġ wara biss 7 minuti logħob permezz ta’ Popoulis bit-tim Malti jbati biex jwettaq reazzjoni u sal-ħin tal-mistrieħ ir-riżultat baqa dak ta’ 1 – 0.

Malta ħarġet aħjar fit-tieni 45 minuta u ma’ ftit inqas minn siegħa logħob Zach Muscat għamel l-skor 1 – 1. Minn hawn il-quddiem it-tim nazzjonali Malti beda jżid fil-logħob tiegħu iżda kienu Ċipru li mill-ġdid marru fil-vantaġġ ħdax il-minuta mit-tmiem permezz ta’ Sotiriou.

Il-partita dehret rieqsa lejn rebħa ta’ 2 – 1 favur Ċipru iżda fl-aħħar okkażjoni tal-logħba free-kick ta’ Teuma, daħal tajjeb Jurgen Degabriele li tefa fix-xibka għal 2 – 2 riżultat finali.

 

Ritratt: Domenic Aquilina / MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com