“Ejj’ Oqgħod” – Installazzjoni Artistika Ġdida Fil-Belt Valletta

Matul dan il-weekend fi Triq Nofsinhar fil-Belt Valletta wieħed jista’ jibda jgawdi minn xogħol artistiku ġdida f’din it-triq bit-tema ‘EJJ’ OQGHOD’ tal-artist Carl Caruana.
“Xi gmiel, x’effett t’atmosfera ħolqot ilbieraħ filgħaxija għal dawk kollha li nzertaw għaddejjin mit-triq, inkella kienu qed jiddevertu fil-ħwienet li jinsabu f’din it-triq,” hekk kiteb dalgħodu iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Huwa spjega li ‘EJJ’ OQGHOD’ hija installazzjoni oħra minn sensiela ta’ installazzjonijiet li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed torganizza f’diversi toroq bħala parti mill-programm kulturali għall-Belt Valletta.