Epic Magħżula Bħala L-Imsieħba Tat-Telekomunikazzjoni Uffiċjali Tal-Akbar Konferenza Tal-Avjazzjoni F’Malta
Epic for Business intagħżel bħala l-imsieħeb tat-telekomunikazzjoni uffiċjali tal-akbar konferenza tal-avjazzjoni f’Malta, MACE (Malta Aviation Conference and Expo), li seħħet matul l-aħħar tliet ijiem f’The Westin Dragonara Resort, Malta. L-akbar konferenza tal-avjazzjoni f’Malta waslet fi tmiemha wara tliet ijiem ta’ diskussjonijiet u dibattiti dwar x’jista’ jsir biex l-industrija terġa’ tiġi fuq saqajha wara perjodu turbulenti kkawżat mill-pandemija tal-Covid-19.
“Hekk kif organizzajna konferenza ibrida, it-tim tagħna kellu bżonn konnessjoni b’saħħitha u ewlenija biex kelliema barranin u parteċipanti oħrajn ikunu jistgħu jaċċessaw il-konferenza fiżika b’mod virtwali. Epic provdiet in-network perfett li wassal biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu dan,” qal Jonathan Dalli, wieħed mill-fundaturi ta’ MACE.
Bil-prekawzjonijiet kollha tal-Covid-19 meħudin, il-konferenza ospitat aktar minn 35 kelliem lokali u internazzjonali, kemm fiżikament u kemm virtwalment biex isegwu jew saħansitra jipparteċipaw fid-dibattiti.
“Huwa ta’ unur li ntagħżilna u ngħatajna din l-opportunità biex nissapportjaw l-akbar konferenza tal-avjazzjoni f’Malta billi nipprovdu konnessjoni Epic for Business għat-tim loġistiku. Ninsabu konxji tax-xogħol siewi li jkun għaddej biex tittella’ konferenza tat-tip u l-bżonn li din ir-realtà ibrida li qed ngħixu fiha timxi kemm jista’ jkun mingħajr problemi. Konxji ta’ dan, assigurajna li nfornu network b’saħħitha dedikata għal MACE li ppermettiet biex il-konferenza tkun tista’ sseħħ mingħajr problemi bil-konnessjoni mal-internet,” qal Tamás Bányai, Kap Eżekuttiv ta’ Epic.