Facebook, Instagram U Whatsapp Jerġgħu Jiġu Lura Għan-Normal
It-tliet apps li waqfu jaħdmu lbieraħ għall-ħabta tal-5:30pm reġgħu ġew lura għan-normal wara kważi 7 sigħat.
Dan il-kollass tas-sistemi esperjenzatu d-dinja kollha wara li kull min beda jipprova jidħol f’dawn l-apps beda jsib biss messaġġ li l-browser mhux jaħdem.
Dawn huma tliet apps mmexxija minn Facebook li literalment waqfu lid-dinja.
Facebook permezz ta’ messaġġ fuq Twitter skużaw ruħhom ta’ dan l-inkonvenjent li waqqaf miljuni ta’ nies milli jużaw dawn il-pjattaformi.
To the huge community of people and businesses around the world who depend on us: we’re sorry. We’ve been working hard to restore access to our apps and services and are happy to report they are coming back online now. Thank you for bearing with us.
— Facebook (@Facebook) October 4, 2021