Fil-Kolombja Jinqabad L-Aktar Persuna Mfittxija Fil-Pajjiż

L-awtoritajiet Kolombjani rnexxielhom jaqbdu lil Dairo Antonio Usaga magħruf bħala Otoniel, l-aktar traffikant tad-droga li kien mfittex fil-Kolombja.
L-operazzjoni nvolviet 500 membru tal-forzi speċjali u 22 ħelikopter, li waslu għal qabda tal-ikbar ċirku ta’ droga li eżista minn wara Pablo Escobar.
Il-President Kolombjan ikkonferma li Otoniel ġie arrestat waqt li kien qed jistaħba f’waħda mill-moħbiet tiegħu qalb il-kampanja, viċin il-fruntiera mal-Panama, qal ukoll li waqt din l-operazzjoni nqatel uffiċjal tal-Pulizija.
Il-Gvern kemm tal-Kolombja kif ukoll Amerikan kienu offrew anke premju ta’ $800,000 biex tinkixef informazzjoni ta’ fejn kien qiegħed.
Dairo Antonio Usaga ħa jkun akkużat li esporta kunsinni kbar ħafna ta’ kokaina mill-Kolombja lejn l-Istati Uniti, qatel uffiċjal tal-Pulizija kif ukoll abbuża sesswalment minn tfal, fost reati gravi oħra.
Ritratt: SKY News