F’Malta Hawn Madwar 5,000 Tifel U Tifla Li M’Għandhomx Laptop Id-Dar
Stħarriġ tal-MISCO juri kif f’Malta hawn madwar 11% tal-istudenti tfal li m’għandhomx aċċess għal kompjuter jew laptop biex jagħmlu x-xogħol tal-iskola jew biex isegwu lezzjonijiet b’mod virtwali.
Dawn jammontaw għal madwar 5,000 tifel u tifla li bla dubju xegħel bozza ħamra għal din ir-realtà moħbija, tant li l-Malta Trust Foundation ħa jkunu qed jaħdmu fuq kampanja sabiex jgħinu lil dawn il-familji.
Permezz ta’ filmat fuq il-mezzi soċjali tal-fondazzjoni, iċ-Chairperson Marie-Louise Coleiro Preca appellat lil kumpaniji sabiex dawk il-laptops li jkunu ħa jwarrbu biex jaġġornaw ma’ teknoloġija aktar avvanzata, sabiex jagħtuhom b’donazzjoni lil Malta Trust Foundation sabiex huma jkunu jistgħu jaqsmuhom lil dawn it-tfal.
Coleiro Preca qalet li trid tiżgura li f’Malta ma jkun hawn l-ebda tifel u tifla li ma’ jkollux l-aċċess u l-għajnuna teknoloġika.