Fr Daniel Cardona Jtemm Il-Parrokat Tiegħu F’Ħaż-Żebbuġ …

 Fr Daniel Cardona Jtemm Il-Parrokat Tiegħu F’Ħaż-Żebbuġ …

Fr Daniel Cardona ser itemm il-parrokat tiegħu fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ biex ikompli ħidmietu bi dmir ieħor fi ħdan il-Knisja Maltija.

Is-soċjetà Każin San Ġużepp u Banda De Rohan tellgħet ‘post’ fuq facebook li ser tkun qed tingħaqad mal-kumplament tal-komunità Żebbuġija nhar il-Ħadd 17 ta’ Ottubru fis-7pm sabiex fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ trodd ħajr ‘l Alla permezz ta’ quddiesa.

Din il-quddiesa, li ser tkun qed tiġi mxandra b’mod dirett fuq il-mezzi soċjali tas-soċjetà, ser tkun l-aħħar waħda mmexxija minn Fr. Daniel Cardona bħala Arċipriet tal-parroċċa, hekk kif fi żmien qarib ser jissuċċedieh Fr. Albert Buhagiar.

Awguri lilhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com