Franċiża Tingħata Libertà Kundizzjonata Wara Li Weġgħet Anzjan B’Mod Gravi F’Għawdex

 Franċiża Tingħata Libertà Kundizzjonata Wara Li Weġgħet Anzjan B’Mod Gravi F’Għawdex

Mara  Franċiża ta’ 29 sena ngħatat sentenza ta’ libertà kundizzjonata għall-perjodu ta’ sentejn wara li  tressqet il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech.

Hija ġiet akkużata li kkaġunat ġrieħi gravi fuq anzjan ta’ 73 sena min-Nadur u ħsarat b’mod involontarju, kif ukoll b’sewqan negliġenti u perikoluż, fost l-oħrajn.

Il-Każ seħħ ilbieraħ meta l-mara Franċiża li kienet qed issuq karozza ħabtet ma’ mutur li kien misjuq mill-anzjan.

Hija ammettiet l-akkużi u ngħatat sentenza ta’ libertà kundizzjonata għall-perjodu ta’ sentejn.

Il-Qorti ordant ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għal tlett xhur.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com