Għaliex In-Nisa Jilbsu L-Iswed Meta Jiltaqgħu Mal-Papa?
Dan it-tip ta’ lbis hu ddettat mil-protokol tal-Vatikan. Ma jintlibisx l-iswed biss quddiem il-Papa. Is-Santa Sede mijiet ta’ snin ilu kienet tat il-privileġġ lil diversi pajjiżi li kienu assistew lill-Knisja fil-kontro-riforma sabiex l-irġejjen tagħhom meta jidhru quddiem il-Papa f’xi udjenza, jkun permess lilhom li jilbsu l-abjad.