Gordon Bonello Jsalva Ħajja Ta’ Bniedem Milli Jifga’
L-artista tal-irtokk (make up artist) Diane Nikolic tellgħet kumment ta’ ringrazzjament lil Gordon Bonello talli lbieraħ filgħaxija salva ħajja ta’ bniedem milli jifga billi ħa azzjoni f’waqtha.
“We are still very shaken but ever so happy that a life was saved”, kitbet Diane meta spjegat li jinsabu ftit xxukkjati u mriegħda b’li ġara imma almenu kuntenti li ħajja ġiet salvata.
Faħħret lil Gordon tal-azzjoni tiegħu u talli baqa’ kalm waqt li kien qed iwettaq il-proċeduri tal-first aid.
Kemm hu sew li nkunu mgħarrfa bi proċeduri simili tal-first aid f’każ ta’ bżonn. Prosit Gordon.
Gordon huwa magħruf għall-umoriżmu tiegħu, il-pożittività, apparti l-ħiliet kbar fil-qasam tal-midja.