Ġuvni Ta’ 15-il Sena Jinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Tliet Sulari

 Ġuvni Ta’ 15-il Sena Jinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Tliet Sulari

Ġuvni ta’ 15-il sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar tliet sulari għal ġo xaft.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6pm, f’residenza fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi.

Il-vittma ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com