Gypsy Il-Kelb Tad-Dwana Jaqbad €21,240 Fi Flus Mhux Dikjarati Fl-Ajruport

 Gypsy Il-Kelb Tad-Dwana Jaqbad €21,240 Fi Flus Mhux Dikjarati Fl-Ajruport

Gypsy il-kelb tad-Dwana rnexxielu jaqbad żewġ passiġġiera fl-ajruport li kienu qed iġorru €10,240 u €11,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati.

Waqt rondi ta’ rutina fuq passiġġieri, Gypsy ta ndikazzjoni pożittiva fuq passiġġier li kien fi triqtu lejn Frankfurt. Il-passiġġier, li għandu passaport Albaniż, naqas milli jiddikjara l-ammont ta’ flus kontanti li kien qed iġorr fuqu, huwa ġie skortat mill-Uffiċjali tad-Dwana għal aktar tfittxijiet fejn instabu b’kollox €10,240.

Passiġġier ieħor, li kellu passaport Eġizzjan, kien fi triqtu lejn Istanbul meta Gypsy irreaġixxa b’mod pożittiv, għal darb’oħra, għar-raġel. Irriżulta li r-raġel kien qed iġorr €11,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati iżda €5,500 biss kienu jappartjenu lilu. Aktar tard huwa ta d-dettalji tal-persuna l-oħra li għaliha jappartjenu l-kumplament tal-flus.

Iż-żewġt irġiel ġew offruti soluzzjoni barra mill-qorti li qablu magħha u ffirmaw. Il-passiġġieri sussegwentement ġew amministrati multa

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com