Ħa Jkun Qed Issir Xogħol Ta’ Tiswija U Kisi Mill-Ġdid Fit-Triq Prinċipali Tan-Naxxar
Fin-naħa t’isfel ta’ Vjal il-Labour, in-Naxxar ħa jkunu qed isiru xi xogħlijiet matul il-lejl.
Infrustructure Malta ħabret dan fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn qalet li bejn għada filgħaxija u t-Tlieta filgħaxija (mill-20 sas-26 t’Ottubru 2021), in-naħa t’isfel ta’ Vjal il-Labour, in-Naxxar, se tkun magħluqa billejl, mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 tal-għada filgħodu, għal tiswijiet u kisi mill-ġdid.
Is-sewwieqa mportanti li jsegwu t-tabelli lejn toroq oħra viċin.