“Ħaġa Waħda Hemm Bejniethom – Fi 22 Sena Qatt Ma Żiedu L-Pensjonijiet B’Ċenteżmu”
“Ħaġa waħda komuni bejniethom… fi 22 sena sħaħ qatt ma żiedu l-pensjonijiet b’ċenteżmu wieħed.” Hekk kiteb il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon.
Qal li lbieraħ kien hemm konferma li n-nefqa fuq il-pensjonijiet fl-aħħar 9 xhur żdiedet b’€843 miljun. “Din hija d-differenza li qed iħossu n-nies fil-bwiet tagħhom”, tenna l-Ministru Falzon.