“Hemm 67 Membru Bla Distanza Soċjali…Prova Ċara Li Nistgħu Nerġgħu Nibdew Sejrin Lura Għan-Normal” – Daniel Chircop

 “Hemm 67 Membru Bla Distanza Soċjali…Prova Ċara Li Nistgħu Nerġgħu  Nibdew Sejrin Lura Għan-Normal” – Daniel Chircop

“Illum kulħadd iffukat fuq il-budget u waqt li qed inħares lejn it-televiżjoni rriflettejt u għidt il-Parlament huwa l-post fejn nistgħu nieħdu eżempju sabiex kollox jerġa jmur għan-normal.”

Hekk kiteb il-komiku Daniel Chircop fuq il-mezzi soċjali tiegħu filwaqt li kompla jgħid li l-lejla kien hemm il-Membri Parlamentari kollha mingħajr distanza soċjali.

Daniel Chircop saħaq li huma wkoll “jiltaqgħu ma eluf ta’ nies fil-‘home visits’ u ma naħsibx li qabel jidħlu isaqsu għaċ-ċertifikat tal-vaċċin.”

Huwa temm jgħid li din hija “prova ċara li għall-grazzja t’Alla lkoll kemm huma b’saħħithom li hi prova ċara li nistgħu nerġgħu  nibdew sejrin lura għan-normal.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com